Hija l-ewwel banda mwaqqfa fl-irħula Għawdxin. Is-Soċjetà Filarmonika Victory twaqqfet fil-25 ta’ Ottubru 1898, b’inizjattiva tar-Rev. Arċipriet ta’ dak iż-żmien ġewwa x-Xagħra Dun Ġużepp Diacono, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Eduardo Farina. Din is-soċjetà ġiet imġedda fl-1934 taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Mikiel Farrugia. Din is-soċjetà tagħti taħriġ mużikali lil dawk l-istudenti Xagħrin li jixtiequ jdoqqu strument mużikali fi ħdan l-istess banda lokali. Il-każin iservi wkoll bħala post ta’ rikreazzjoni. Dan tinsab fi Triq Maria Bambina. Il-President hu s-Sur Eucharist Sultana.