Regoli tal-Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u / jew tal-utent tagħna u aħna ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma jipprovduxha volontarjament.

Skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2001 li daħal fis-seħħ għal kollox fil-15 ta’ Lulju 2003, għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull infomrazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna nirrispettaw tali dmir. Aħna nieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek miġbura mingħandek bħala viżitatur u / jew utent, lil xi parti terza sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek biex tagħmel dan.


Il-politika tista’ tkun aċċessibbli faċilment permezz ta’ link fil-qiegħ ta’ kull paġna tal-web.

 

Kif nipproċessaw dejta personali?

       1)    E-Forms

Aħna nistgħu niġbru informazzjoni personali fil-proċess ta’ sottomissjoni ta’ formoli permezz tal-websajt, indirizzata lil Ministeru, Dipartimenti jew Entità oħra tal-Gvern ta’ Malta skont il-każ. F’tali każijiet, il-websajt tintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li tinsab permezz ta’ formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-Ministeru, Dipartimenti jew Entità oħra rilevanti tal-Gvern ta’ Malta. F’dan il-każ, il-perjodu taż-żamma tas-servizzi fi kwistjoni li jkun japplika.

       2)    IP address and location

Il-web server iżomm logs limitati dwar indirizzi IP jew il-post tal-kompjuter tiegħek fuq l-Internet, għal skopijiet ta’ amministrazzjoni ta’ sistemi u soluzzjoni ta’ problemi. Aħna ma nużawx reġistri tal-indirizzi IP biex insegwu s-sessjoni tiegħek jew l-imġieba tiegħek fuq is-sit tagħna. ​

       3)    e-ID

Tista’ wkoll tawtentika permezz ta’ faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont eID tiegħek, f’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali ta’ awtentikazzjoni jkunu limitati għas-sessjoni kurrenti permezz tal-web browser tiegħek.

       ​4)    Ikkuntattjana / Feedback

Meta jużaw il-faċilitajiet onlajn ta’ din il-websajt, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt. L-informazzjoni kollha u kwalunkwe deta personali li tista’ tiddeċiedi li tagħtina fil-formlola Ikkuntatjana / Feedback għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop strett li tirrispondi għall-inkjesta tiegħek.

Bħala individwu tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li taċċessa d-dejta miżmuma dwarek, għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din id-dejta, jekk hemm, miżmuma minna jekk jogħgbok ikkuntattjana billi tissottomentti t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-dejta xieraq permezz tal-Kuntattt Magħna paġna fil-websajt.

Għalkemm isiru l-isforzi raġonevoli kollha biex iżommu l-informazzjoni tiegħek aġġornata, int ġentilment mitlub tinfurmana b’kull bidla li tirreferi għad-dejta personali miżmuma minn dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ jekk tqis li ċertu informazzjoni dwarek mhix eżatta, tista’ titlob rettifika ta’ tali dejta. Int għandek ukoll id-dritt titlob l-imblukkar jew it-tħassir tad-dejta. Fil-każ li m’intix sodisfatt bir-riżultat tat-talba għall-aċċess tiegħek, tista’ tirreferi ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dejta. Żur www.idpc.gov.mt għad-dettalji tal-kuntatt.

Biex jagħtik servizz aħjar is-sit tagħna jista’ jgħaqqdek ma’ numru ta’ links ghal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħra. Meta tikkonnettja ma’ websajts oħra bħal dawn ma tibqax soġġett għal din il-politika iżda għall-politika ta’ privatezza tas-sit il-ġdid.

Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura trasmissjoni sigura tad-dejta personali tiegħek. Għandek tkun tista’ tara s-simbolu tal-katnazz fl-istrixxa tal-indirizzi tal-browser tiegħek. L-indirizz tal-url se jibda wkoll bi https:// li juri paġna tal-web sigura. SSL japplika encryption bejn żewġ punti bħall-PC tiegħek u s-server tal-konnessjoni. Kwalunkwe dejta trażmessa matul is-sessjoni tiġi kriptata jew mibruxa u mbagħad tiġi deċifrata jew mhux mibdula fit-tarf li jirċievi. Dan jaċċerta li d-dejta ma tistax tinqara waqt it-trasmissjoni.​

Jekk hemm xi bidliet f’din il-politika ta’ privatezza, aħna nissostitwixxu din il-paġna b’verżjoni aġġornata. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek stess li tivverifika l-paġna “Politika ta’ Privatezza” kull meta taċċessa l-websajt tagħna sabiex tkun konxju ta’ kwalunkwe bidla li tista ‘sseħħ minn żmien ghal żmien.​

Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok u li jista’ jikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ servizz se tkun milqugħ u apprezzat ħafna.