Ritratti tal-Kunsill

Is-Sitt Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni – 10 ta’ Marzu 2012 

Is-sitt elezzjoni lokali fix-Xagħra saret is-Sibt 10 ta’ Marzu 2012. Ir-ritratt juri l-kompożizzjoni tas-sitt Kunsill Lokali tax-Xagħra. 

Mix-xellug għal-lemin: George Refalo (Aġent Segretarju Eżekuttiv), Dr Kevin Cutajar (Kunsillier PN), Victor Zammit (Kunsillier PL), Dr Christian Zammit (Kunsillier PL), Joe Cordina (Sindku PL), Aaron Agius (Viċi Sindku – PL), Dr Joseph Attard (Kunsillier PN) u Maria Grima (Kunsillier PN). 

Il-Ħames Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni – 10 ta’ Marzu 2007 

Il-ħames elezzjoni lokali fix-Xagħra saret is-Sibt 10 ta’ Marzu 2007. Ir-ritratt juri l-kompożizzjoni tal-ħames Kunsill Lokali tax-Xagħra. 

Mix-xellug għal-lemin: Dr Kevin Cutajar LLD (Partit Nazzjonalista), Joseph Bartolo (Partit Nazzjonalista), Dr Christian Zammit LLD (Partit Laburista), Mary Carmen Bajada (Partit Laburista) u Joseph Cordina (Partit Laburista). Joseph Azzopardi kien is-Segretarju Eżekuttiv. Joe Cordina kien is-Sindku matul din il-leġizlatura.  

Ir-Raba’ Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni – 12 ta’ Ġunju 2004 

Ir-raba’ elezzjoni lokali fix-Xagħra saret is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2004, l-istess jum li fih l-elettorat Malti vvota fl-ewwel Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ir-ritratt juri l-kunsilliera tar-raba’ leġiżlatura tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra. 

Mix-xellug għal-lemin: Mary Carmen Bajada (Partit Laburista Malti), Joseph Spiteri (Partit Nazzjonalista), Carmelino Refalo (Partit Nazzjonalista), Anthony Attard (Partit Nazzjonalista), Joseph Cordina (Partit Laburista Malti) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-sindku kien is-Sur Joseph Spiteri.  

It-Tielet Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni – 10 ta’ Marzu 2001 

It-tielet elezzjoni lokali fix-Xagħra saret is-Sibt 10 ta’ Marzu 2001. Ir-ritratt juri l-kunsilliera ta’ din it-tielet leġiżlatura.  

Mix-xellug għal-lemin: Joseph Cordina (Partit Laburista), Anthony Attard (Partit Nazzjonalista), Carmelino Refalo (Partit Nazzjonalista), Saviour Bonello (Partit Laburista), Maria Assunta Attard (Partit Nazzjonalista) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-Sindku kien is-Sur Anthony Attard.  

It-Tieni Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni – 14 ta’ Marzu 1998 

It-tieni elezzjoni lokali fix-Xagħra saret is-Sibt 14 ta’ Marzu 1998. Ir-ritratt juri l-kunsilliera tat-tieni leġiżlatura. 

Mix-xellug għal-lemin: Joseph Micallef (Partit Nazzjonalista), Raymond Mifsud (Indipendenti), Dr Aaron Attard Hili LLD (Partit Nazzjonalista), Onor. Il-Ministru Alfred Portelli (responsabbli mill-Gvern Lokali), Saviour Bonello (Indipendenti), Anthony Attard (Partit Nazzjonalista), Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Matul is-sena 2000, Dr Aaron Attard Hili LLD irriżenja mill-kariga tiegħu. F’elezzjoni każwali li saret xi jiem wara, is-Sinjura Maria Assunta Attard ġiet eletta biex tieħu l-kariga tagħha għas-snin li fadal ta’ din il-leġiżlatura. Is-Sindku kien is-Sur Anthony Attard.  

L-Ewwel Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni – 19 ta’ Marzu 1994 

L-ewwel elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tax-Xagħra saru nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru 1994. Ir-ritratt juri l-kunsilliera tal-ewwel leġiżlatura. 

Mix-xellug għal-lemin: Saviour Bonello (Indipendenti), Anthony Attard (Partit Nazzjonalista), Joseph Grima (Partit Nazzjonalista), Mario Xerri (Partit Nazzjonalista), Maria Stella Buttigieg (Indipendenti) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). L-ewwel sindku kien is-Sur Mario Xerri li rriżenja mill-kariga fit-18 ta’ April 1996. Fis-26 ta’ April 1996 Joseph Grima ġie elett f’elezzjoni każwali biex jokkupa l-kariga ta’ Sindku għas-snin li fadal tal-leġiżlatura. F’Awwissu 1996, is-Sinjura Maria Stella Buttigieg irriżenjat mill-kariga ta’ kunsilliera. F’elezzjoni każwali li saret ftit jiem wara, is-Sur Raymond Mifsud ġie elett biex jieħu s-siġġu tagħha bħala wieħed mill-ħames kunsilliera.